Tiġġarraf blokka bini f’Napli

F’Napli l-Italja blokka bini ġġarfet u l-biża li hemm persuni maqbuda fit-tifrik hija kbira.

Erba timijiet tal-protezzjoni ċivili qed jaħdmu bla waqfien u jneħħu l-ġebel b’idejhom.

Wara li ppruvaw iħaffru fit-tifrik bil-magni, rriżulta li din kienet operazzjoni perikoluża wisq, għaliex aktar ġebel beda nieżel.

Ħafna persuni ħarġu jiġru mill-binja wara li bdiet tagħti sinjali li kienet se tiġġarraf.

B’xorti tajba ma kien hemm ħadd ġo vann li kien ipparkjat taħt il-binja, u li ġġarraf kompletament meta waqa’ l-ġebel.

Żewġ membri tal-Pulizija jistgħu iqisu ruħhom fortunati hekk kif ħarġu mill-karozza tal-Pulizija li kienet taħt il-binja ftit tal-minuti qabel ġara l-inċident.