Tifun jolqot it-Tramuntana tal-Ġappun

Il-Ġappun qed isofri minn irwiefen qawwija u ammont ta’ xita sostanzjali hekk kif it-tifun laqgħat it-Tramuntana tal-pajjiż. It-tifun Trami huwa l-5 l-aktar tifun qawwi li laqgħat il-Ġappun s’issa, f’sena li kienet mimlija diżastri ta’ dan it-tip.

Il-Ġappun ġarrbet sena xejn pjaċevoli hekk kif it-temp ipprovda perjodi ta’ sħana kbira, xita qawwija u valangi. Inqas minn xahar ilu, tifun ieħor għarraq ajruport internazzjonali qrib Osaka, fejn numru ta’ turisti baqgħu l-art kaġun ta’ dan.