Tifun ieħor fil-Ġappun; 8 mejta u 4 nieqsa

A house destroyed due to a landslide caused by a heavy rain is seen in Chiba, east of Tokyo, Japan October 25, 2019, in this photo released by Kyodo. Mandatory credit Kyodo/via REUTERS

Tifun ieħor li ħakem lill-Ġappun wassal għall-mewt ta’ tmien persuni, filwaqt li hemm erba’ oħra neqsin. Dan skont il-media tal-pajjiż.

It-tifun ġie propju ġimgħatejn wara li r-reġjun ġie milqut minn wieħed mill-aktar tifuni b’saħħithom fl-aħħar snin. Kienu nqatlu 88 persuna, seba’ oħra għadhom nieqsa sa issa, filwaqt li aktar minn 300 persuna kienu ndarbu.

L-għargħar issa ħakem żoni f’Chiba u Fukushima, fil-Lvant tal-Ġappun. F’ċertu żoni, niżlet xita f’nofs ta’ nhar daqskemm is-soltu tinżel xita f’xahar sħiħ.

Saru bosta evakwazzjonijiet. Il-belt ta’ Ushiku f’Chiba rċeviet 283.5 mm ta’ xita fi żmien 12-il siegħa. L-awtoritajiet qed iwissu dwar aktar xita u għargħar.