Tifun fil-Ġappun: Aktar minn miljun evakwati

REUTERS/Kim Hong-ji

Read in English.

Raġel miet u aktar minn miljun ruħ ġew avżati biex jiġu evakwati fil-Ġappun hekk kif tifun qawwi mistenni jolqot lil pajjiż. Rapporti qalu li dan mistenni jġib miegħu l-aktar xita u rjiħat qawwija fl-aħħar 60 sena.

Ir-raġel li kellu mal-40 sena miet wara li nqaleb fil-karozza kmieni s-Sibt filgħodu fil-Lvant ta’ Tokyo filwaqt li erba’ persuni oħra weġġgħu hekk kif ir-riħ tajjar għadd ta’ bjut.

Għadd ta’ Gvernijiet lokali ħarġu avviżi ta’ evakwazzjoni partikolarment f’żoni l-aktar f’riskju li jkun hemm għargħar inkluż fir-reġjun l-aktar li joqogħdu nies f’Tokyo.