Tifun fil-Filippini jħalli 38 persuna mejta

Tifun fil-Filippini ħalla 38 persuna mejta.
It-tifun Rammasun huwa l-agħar wieħed li laqat il-pajjiż din is-sena, u qered madwar 7,000 dar u għamel ħsara lil 19,000-il dar oħra.
Aktar minn 530,000 persuna marru fiċ-ċentri tal-evakwazzjoni.
It-tifun laqat ukoll parti miċ-Ċina, u ħalla 45 persuna mejta u 21 mitlufa.