Tifun fiċ-Ċina jħalli 17-il persuna mejta.

It-tifun Rammasun kompla l-vjaġġ distruttiv tiegħu fid-direzzjoni taċ-Ċina, hekk kif diġà ħalla 17-il persuna mejta.
Huwa maħsub li dan hu l-agħar tifun li laqat iċ-Ċina fl-aħħar 40 sena.
Ir-riħ qawwi kompla jżid b’veloċità ta’ aktar minn 200 kilometru fis-siegħa.
Il-mezzi tat-trasport, kemm fl-ajru kif ukoll fuq l-art huma sospiżi f’partijiet differenti taċ-Ċina.
It-tifun kien diġa’ ħalla 94 persuna mejta fil-Filippini, filwaqt li 530,000 persuna kellhom iħallu djarhom.