Tiftaħ is-sejħa għall-kitbiet f’Leħen il-Malti

​L-Għaqda tal-Malti – Università nhar il-Ħadd li ġej se tiftaħ sejħa għall-kitbiet fir-rivista Leħen il-Malti.
Is-sejħa se tiftaħ waqt it-tnedija tal-ħarġa  l-ġdida ta’ 
Leħen il-Malti (għadd 34) waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb.
Attivitajiet oħra tal-Għaqda jinkludu Żerniq u Għodwiet Oħra fejn Rita Saliba għada fl-10am se tkun qed taqra lill-istudenti fl-istand tal-Aġenzija Żgħażagħ, u l-attività Bejn Linja u Oħra fejn il-kittieba Clare Azzopardi se tkun intervistata minn Kristy Borg.
Din l-intervista se ssir għada fis-7.45pm fil-Common Area ta' Dar il-Mediterran għall-Konferenzi u se tkun akkumpanjata b'interpretu mid-Deaf People Association – Malta għal persuni neqsin mis-smigħ.