Aġġornata (2): Tifla u 2 nisa l-isptar wara ħabta f’Tal-Barrani

Facebook - Maltese Road Traffic Updates

Tifla ta’ 10 snin, mara ta’ 44 sena u mara ta’ 32 sena ħelsuha ħafif wara li kienu involuti f’ħabta f’Tal-Barrani fiż-Żejtun.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-4.05 pm bejn żewġ karozzi. Il-mara ta’ 44 sena minn Birkirkara kienet qed issuq karozza minnhom li fiha kien hemm ukoll it-tifla ta’ għaxar snin. Il-karozza l-oħra kienet qed tinstaq minn mara ta’ 32 sena mill-Fgura.

Dawk involuti kollha sofrew minn ġrieħi ħfief.