Tifla tmut waqt titjira mil-Libanu għall-Italja

Arkivji

Tifla ta’ sentejn mietet waqt li kienet qed ittir mil-Libanu għall-Italja. It-tifla kienet issofri minn problemi fil-kliewi. Fil-bidu kien rappurtat fil-midja Taljana li l-każ kien jirrigwarda tifel waqt li fir-realtà l-każ kien jikkonċerna tifla.

Il-każ seħħ fuq titjira minn Bejrut għal Ruma abbord ajruplan tal-Alitalia tat-tip Airbus A320 bin-numru tat-titjira AZ827 u dan kellu jwettaq inżul ta’ emerġenza fl-ajruport ta’ Bari bħala miżura ta’ salvataġġ estrema. Membru tal-ekwipaġġ pruvat issalva lit-tifla iżda kien kollu ta’ xejn. L-istess ġara meta uffiċjali tal-ajruport pruvaw isalvaw ħajjet it-tifla iżda kien kollu għal xejn.

It-tifla kienet qed tieħu l-kura fl-isptar Bambino Ġesù ta’ Ruma.