Tifla tmut bi żball waqt li kienet qed tilgħab bil-ħbula

Omm baqgħet trawmatizzata wara li sabet lill-bintha ta’ sitt snin mejta fil-kamra tas-sodda tagħha wara li tgħaqqdet f’żewġ ħbula tal-qbiż li rabtet biex tilgħab bihom.

Qorti fl-Ingilterra semgħet kif Daisy, li kienet tifla ferrieħa u li tħobb tilgħab kienet qed tilgħab b’żewġ ħbula tal-logħob, li kienu l-aktar ġugarelli għal qalbha qabel ma seħħ l-inċident traġiku. Omm Daisy stqarret kif kienet ilha tagħmel xi faċendi fid-dar għal madwar nofs siegħa x’ħin irrealizzat kemm bintha, li suppost kienet qed tilgħab fil-kamra tas-sodda fis-sular ta’ fuq kienet kwieta.

Id-dar fejn seħħ l-inċident fatali.

Hekk kif ommha telgħet fuq biex tiċċekkja jekk kollox kienx sew sabet xena xokkanti tistenniha hekk kif rat lill-binhta bil-ħbula ma’ għonqha. L-omm ħallet il-ħbula minn ma’ għonq it-tifla u immedjatament bdiet tagħtiha l-iskossi fuq sidiriha biex tagħtiha l-ewwel għajnuna bil-għan li t-tifla terġa’ tibda tieħu n-nifs.

Wara ftit ħin l-omm irrealizzat li l-azzjonijiet tagħhha ma kienux biżżejjed u t-tifla baqgħet mitlufa minn sensiha. Kien għalh

ekk li ċemplet għas-servizzi tal-emerġenza għall-assitenza filwaqt li l-operatur tat-telefown kompliet tgħidilha x’għandha tagħmel biex tkompli tagħmel is-CPR sakemm ambulanza waslet fuq il-post.

Daisy ttieħdet b’ħelikopter l-Isptar tat-tfal f’Sheffield, imma sfortunatament ġiet ċertifikata mejta ftit tal-ħin wara li waslet l-Isptar.

Mill-awtopsja ġie ċertifikat li l-każ kien klassifikat bħala inċident  u li ma kienx hemm l-iċken prova jew suspett li kien hemm terza persuna involuta fih.

Daisy Dymyd – It-tifla involuta fl-inċident fatali

Ilbieraħ il-Pulizija uffiċċjalment għalqet il-każ wara xhur ta’ investigazzjoni sabiex ikun verifikat li dan il-każ kien inċident. Kelliem għall-Pulizija qal li Daisy telgħet fuq biex tilgħab hekk kif waslet id-dar wara li ħarġet m’ommha.

Jidher li ommha sakemm it-tifla telgħet tilgħab fuq l-omm bdiet tagħmel xi faċendi fid-dar u wara nofs siegħa marret tiċċekkja biex tara t-tifla x’kienet qed tagħmel.

Mill-investigazzjoni rriżulta li l-għoqiedi li t-tifla nstabet maqbuda fihom kienu għoqiedi sempliċi li t-tfal tal-età tagħha kapaċi jagħmlu.

L-awtoritajiet appellaw biex il-ġenituri joqgħodu attenti b’liem oġġetti jħallu t-tfal jilgħabu u biex ma jħalluhomx minn taħt għajnejhom waqt il-logħob.