Tifla tmut b’daqqa ta’ rota ta’ Land Rover

Tifla ta’ 11-il sena mietet wara li rota ta’ vettura nqalgħet u laqtitha.
Il-każ seħħ f’Lincolnshire fir-Renju Unit, meta r-rota ħarġet minn Land Rover Discovery.
Hija mietet l-għada fl-isptar.
Il-Pulizija qed titlob liċ-ċittadini sabiex jgħaddulha kemm jista’ jkun informazzjoni dwar kif inqalgħet ir-rota minn mal-vettura.
L-iskola fejn kienet tattendi t-tifla ddeskrivitha bħala studenta determinata, ta’ karattru ferrieħi u ta’ qalb tajba. Il-prinċipal tal-iskola saħaq li dejjem kienet tkun minn tal-ewwel sabiex tgħin u tagħti sapport lil sħabha.
Ritratt: Pulizija ta' Lincolnshire