Tifla ta’ sentejn tittajjar minn karozza f’Santa Venera

Aġġornat 08:31 PM
Miguela Xuereb

Read in English.

Tifla ta’ sentejn sofriet ġrieħi gravi wara li ntlaqtet minn vettura f’inċident li seħħ f’Santa Venera il-Ħamis wara nofsinhar.

Il-pulizija ġew infurmati li kien hem bżonn l-assistenza tagħhom fi Triq il-Kbira San Ġuzepp għall-ħabta tal-erbgħa u nofs.

Mill-investigazzjonijiet preliminari tal-pulizija tad-distrett irriżulta li t-tifla ntlaqtet minn Land Rover li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 29 sena residenti Pembroke.

It-tifla ttieħdet b’emerġenza l-Isptar Mater Dei, fejn ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.