Kollha sellifna l-mowbajl tana lil xi ħadd u ddispjaċiena ftit wara, meta spiċċajna b’xi frejp fuq Facebook jew Snapchat. Imma omm fl-Amerka ddispjaċieha bil-wisq aktar meta ħalliet lil bintha tużalha l-mowbajl u spiċċat b’€220 inqas…
Omm Kaitlin ħalliet lil bintha tuża l-mowbajl tagħha biex tordna pupa tal-Barbie minn fuq il-kont tal-Amazon tagħha. Aktar tard, it-tifla ta’ 6 snin talbet lil ommha biex tuża l-mowbajl ħalli tiċċekkja fejn waslet il-pupa.
Ommha ħallietha bil-qalb kollha… iżda arralha meta l-għada daqq il-bieb u l-pustier beda jħott kaxxa wara oħra mit-trakk tiegħu… kollha indirizzati lil omm Kaitlin.
Kaitlin kienet nefqet mal-€220 fuq logħob minn fuq il-mowbajl t’ommha!
My badass little cousin ordered $300 worth of toys w/o my aunt & uncle knowing. This is a picture of how everyone found out. pic.twitter.com/wHWVhsMBYI
— princess ria (@R_tatas) August 11, 2018
Fir-ritratti li xerrdet il-kuġina tagħha fuq il-midja soċjali, jidher li Kaitlin ma jiddispjaċihiex wisq, u kburija b’li għamlet!
Fl-aħħar Kaitlin iddeċidiet li tagħmel att ta’ karità u tat il-ġugarelli u logħob kollha lil sptar tat-tfal bħala donazzjoni.
UPDATE: Kaitlin chose to donate all of the toys to the Children’s Hospital where she stayed for a week when she was a baby! She wanted to give a little joy to those who aren’t well🖤🖤 pic.twitter.com/M2Y5BK4P5M
— princess ria (@R_tatas) August 15, 2018