Ajruplan joqtol tifla ta’ tmien snin waqt li kienet qed tixxemmex

Raġel u tifla ta’ tmien snin inqatlu waqt li kienu qed jixxemmxu wara li ajruplan żgħir kellu jagħmel inżul ta’ emerġenza f’bajja ppakkjata bin-nies f’Lisbona.
Mijjiet ta’ nies li kienu qed jinxemxu fil-bajja ta’ Caparica ħarrbu jiġru fil-baħar xħin lemħu l-ajruplan nieżel.
L-Awtorità Marittima qalet li mietu żewġ min-nies iżda ma tatx l-età tar-raġel. Minkejja dan midja internazzjonali qed tirrapporta li r-raġel kellu 50 sena. It-tifla kienet mal-ġenituri tagħha iżda l-ġenituri ma ġralhom xejn.
Fuq l-ajruplan kien hemm żewġ persuni. Jidher li l-ajruplan kellu xi ħsarat fil-ġwienaħ u kellu jinżel malajr fuq il-bajja.
Iż-żewġ persuni abord fuq l-ajruplan ma weġġgħux iżda ġew arrestati.