Tifla ta’ tmien snin l-isptar wara inċident tat-traffiku

Tifla ta’ tmien snin sofriet xi ġrieħi wara ħabta bejn trakk u karozza.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:30am fi Triq Temi Zammit l-Imġarr.
Il-ħabta seħħet bejn trakk misjuq minn raġel ta’ 42 sena u karozza misjuqa minn raġel ta’ 41 sena. Passiġġiera miegħu kien hemm bintu u tifla oħra ta’ tmien snin.
Fuq il-post issejħet l-ambulanza fejn ħadet il-missier u l-bint, li qed isofru minn xi ġrieħi iżda mhumiex fil-periklu tal-mewt.