Tifla ta’ sitt snin tmut wara li sabet ruħha f’diffikultà fil-baħar

Tifla ta’ sitt snin mietet l-isptar wara li sabet ruħha f’diffikultà waqt li kienet qed tgħum fil-Port ta’ Margate fl-Ingilterra.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li ssejħet ilbieraħ wara nofsinhar għall-ħabta tat-3.15pm wara li xi nies kienu nkwetati dwar tifla li kienet qed tgħum fil-Port.

Fuq il-post issejħet ambulanza flimkien ma’ uffiċċjali tas-salvataġġ li salvaw lit-tifla mill-baħar, madanakollu hija mietet ftit wara l-isptar.

Waħda mill-infermiera li assistiet lit-tifla fuq l-ambulanza qalet mal-midja internazzjonali li l-kundizzjoni tat-tifla kienet waħda serja ħafna.

Din mhix l-ewwel mewt ta’ dan it-tip f’dawn l-aħħar jiem hekk kif diversi familji fl-Ingilterra qed jerħulha lejn il-baħar biex itaffu ftit mill-effetti tal-mewġiet tas-sħana li qed jaffettwaw lill-pajjiż.

Sadanittant l-awtoritajiet fakkru li ġenituri qatt m’għandhom iħallu lit-tfal weħidhom il-baħar u li għandhom:

  • Ikunu familjari mal-fond tal-bajjar u x’riskji jista’ jkun hemm għat-tfal fil-viċinanzi.
  • Qatt ma jħallu lit-tfal weħidhom fil-baħar. Jekk it-tfal jinżlu jgħumu l-ġenituri għandhom jinżlu magħhom.
  • Iżommu f’moħħhom li lezzjonijiet tal-għum, apparat tal-għum bħal boards muscles ma jieħdux post is-superviżjoni tal-adulti fuq it-tfal.
  • Iżommu l-mowbajl viċin f’każ ta’ emerġenza.
  • Ma jaljenawx ruħhom billi joqgħodu fuq il-mowbajl.
  • Ma jassumu qatt li t-tfal qed jarahom xi ħadd ieħor.
  • Jitgħallmu s-CPR.
  • Joqgħodu attenti li ma jsirx logħob goff fil-baħar li jista’ jikkawża periklu.
  • Jgħumu f’akwati u bajjiet li faċilment jistgħu iżommu għajnejhom fuq uliedhom.
  • Jżommu dejjem f’moħħhom li anke ftit ċentimetri differenza fil-fond tal-ilma tista’ tgħarraq tfal u trabi.