Tifla ta’ sentejn twassal pulizija ħdejn ommha mejta

Tifla ta’ sentejn wasslet lil pulizija li ma kienx xogħol lejn il-ġisem bla ħajja ta’ ommha.
Il-każ seħħ f’Burton-upon-Trent fl-Ingilterra.
Il-pulizija, li kien fil-karozza ma’ martu, waqqaf il-karozza meta ra tifla żgħira miexja waħedha.
Staqsiha fejn hi sejra u qaltlu li kienet sejra n-nursery għax lil ommha ma setgħetx tqajjimha.
It-tifla ħadet lill-uffiċjal lejn id-dar, ftit metri biss ’il bogħod, fejn instabet l-omm.
Mhemm ebda suspett dwar il-mewta tal-omm.