Aġġornata: Tarbija ta’ sena fil-periklu tal-mewt wara li taqa’ minn gallerija fit-tielet sular

Tarbija ta' sena tinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqgħet minn gallerija ta' residenza fi Triq Pietru D’Armenia, Pembroke. L-inċident seħħ għal ħabta tal-5:45pm.

Hu mifhum li t-tifla kienet qiegħda f'gallerija fit-tielet sular ta' residenza privata.

It-tifla ttieħdet minnufih għal iktar kura fl-isptar Mater Dei.