Tifla ta’ 8 snin tmut ta’ 80 sena

Tifla ta’ tmien snin mietet bix-xjuħija fl-Ukrajna wara li kienet tbati minn marda rari ta’ proġerija ġenetika eċċezzjonalment li taffettwa biss 160 persuna fid-dinja kollha.  L-età bijoloġika ta’ Anna Sakidon kienet eqreb lejn it-80 skont it-tobba. Huma sellmu lil din it-tifla meraviljuża li kellha tissielet ma’ tant problemi ta’ saħħa.  It-tifla għalqet tmien snin ix-xahar li għadda  meta kienet tiżen biss 5 kilo u nofs.

Anna mietet meta fallew jaħdmu l-organi interni tagħha għax ġisimha beda jixjieh qabel il-waqt. Is-sintomi li kellha kienu dawk ta’ mara anzjana ta’ 80 sena. Ommha Ivanna dejjem rat kif għamlet biex rabbiet lil bintha tajjeb u ssagrifikat dak kollu li kellha għaliha.

L-omm qalet li f’Jannar li għadda Anna għalqet tmien snin. Għal dawk li jsofru mill-kundizzjoni tal-proġerija, kull sena tfisser bejn tmien u 10 snin. Għalhekk Anna spiċċat li kellha ġisem ta’ waħda ta’ 80 sena.

L-għadam tat-tifla bdew jikbru normali mal-medda tas-snin iżda l-organi tagħha bdew jexjieħu malajr. Pazjenti bħal dawn normalment imutu b’puplesija. Anna kellha ħafna minn dawn u sofriet ukoll minn paralażi f’riġlejha u f’idha. Meta Anna kellha tliet snin kenet tħobb tilgħab b’teddy bear imma ma kienet tħalli lil ħadd ibusha.

Il-kundizzjonita’ Anna tolqot biss wieħed minn kull 20 miljun twelid.