Tifla ta’ 8 snin tinqatel f’Gaża

Ikompli tiela’ l-għadd ta’ vittmi f’Gaża, bl-aħħar vittma tkun tifla Palestinjana ta’ tmien snin li nqatlet waqt bombardament f’kamp tar-refuġjati f’Shati, fit-tramuntana ta’ Gaża. 
Skont l-aġenzija tal-aħbarijiet Palestinjana Maan, fil-kamp hemm għexieren ta’ persuni oħra mweġġa’. 
Illum suppost l-Iżrael kellu jagħmel 7 sigħat mingħajr attakki biex tkun tista’ tingħata l-għajnuna umanitarja. 
Jidher li ftit wara li waqfu l-attakki, l-Iżrael spara fuq dar Palestinjana li tinsab fiċ-ċentru tal-iStrixxa ta’ Gaża.