Tifla ta’ 8 snin stuprata u maqtula fl-Indja

Tifla ta’ tmin snin ġiet stuprata imbagħad mgħallqa ma’ siġra fil-lvant ta’ Bengala fl-Indja.
Tliet irġiel li huma maħsuba li wettqu dan l-istupru ġew attakkati mill-folla qabel ma waslu l-Pulizija, b’wieħed minnhom imut fl-isptar aktar tard.
Jirriżulta li t-tifla kienet irrappurtata nieqsa lill-Pulizija wara li kienet ħarġet biex tixtri r-ross lill-ommha.
Dan il-każ ħasad għal darb’oħra lill-Indjani wara l-każ taż-żewġ kuġini ta’ 14 u 15-il sena li kienu nstabu mejta mgħallqa ma’ siġra f’Uttar Pradesh f’Mejju li għadda.