Tifla ta’ 8 snin l-isptar; ħabta bejn 3 karozzi

    Read in English.

    Tifla ta’ tmien snin ittieħdet l-isptar wara li weġġgħet f’ħabta bejn tliet karozzi kmieni llejla fix-Xemxija. Il-karozza li fiha kienet it-tifla kienet qed tinstaq minn mara ta’ 40 sena residenti San Ġiljan.

    Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ ftit qabel is-6pm fi Triq il-Mistra.

    Is-sewwieqa taż-żewġ karozzi l-oħra huma raġel ta’ 63 sena minn Tas-Sliema u raġel ta’ 28 sena residenti Ħal Lija.

    Għal xi ħin kien hemm konġestjoni tat-traffiku, madanakollu t-triq tinsab miftuħa.