Tifla ta’ 8 snin ‘inqatlet mill-pulizija’ fil-Brażil

Facebook - Polícia Federal - PF

Read in English.

Tifla ta’ tmien snin allegatament inqatlet mill-Pulizija fil-Brażil.

Skont il-BBC, bdew protesti fil-kapitali Rio de Janeiro hekk kif qed ikompli jiżdied l-ammont ta’ vittmi li jħallu warajhom il-forzi tas-sigurtà.

Ágatha Vitória Sales Félix kienet ma’ omma f’vann meta sparawlha f’daharha f’żona fqira f’Rio de Janeiro l-Ġimgħa.

Residenti qalu li l-pulizija kienu qed jippruvaw jisparaw fuq sewwieq ta’ mutur meta nqatlet. Il-Pulizija qalet li huma rrispondew għal attakk.

Numru rekord ta’ 1,249 persuna mietu waqt raids bħal dawn f’Rio minn Jannar sa Awwissu.