Tifla ta’ 7 snin tinstab maqtula fid-drenaġġ fil-Pakistan

Tifla ta’ seba’ snin inqatlet u instabet f’foss tad-drenaġġ wara li kienet sfat ittorturata.
Il-każ seħħ fil-Pakistan.
Saher Batool, instabet fil-ġranet li għaddew b’sinjali li juri li xi ħadd ipprova jistupraha.
Hija kienet ilha rrappurtata nieqsa mit-28 ta’ Ottubru li għadda.
Missierha qal li dakinhar kien ħa lil bintu b’dawra fuq il-mutur u wassalha quddiem il-bieb tad-dar biex imur għax-xogħol.
Qal li dak kien l-aħħar mument fejn ra lil bintu ħajja.