Tifla ta’ 6 snin tagħti ittra ta’ mħabba lill-għalliema

Tifla ta’ sitt snin li tattendi skola primarja tal-Gvern tat ittra ta’ mħabba lill-għalliema tagħha.
Ikkuntattjata minn Newsbook.com.mt l-għalliema esprimiet l-imħabba li tħoss mit-tfal tal-klassi li tgħallem. Semmiet b’mod partikolari każ meta l-istudenti kellhom jiktbu sentenzi fuq x’jagħmlu fl-iskola.
Fost l-oħrajn spikkaw is-sentenzi: I love my class mates u I enjoy myself at school.
Din it-tifla kitbet I love my teacher – Inħobb l-għalliema tiegħi u pinġiet lill-għalliema, lilha nnifisha u tifel ieħor fil-klassi.  Dak li pinġiet, it-tifla tagħtu lill-għalliema u qaltilha li kitbet hekk “għax vera”.