Tifla ta’ 5 snin tittajjar f’Tas-Sliema

Għall-ħabta tat-8.30 ta’ dalgħodu tifla ta’ 5 snin ittajret minn karozza.
L-inċident seħħ fi Triq San Enriku, f’Tas-Sliema meta t-tifla sgiċċat minn idejn ommha waqt li kienu mixjin.
It-tifla ttieħdet Mater Dei għal aktar osservazzjoni.
Il-kundizzjoni tagħha għadha mhix magħrufa.