Tifla ta’ ħames snin ħelsitha ħafif wara li ntlaqtet minn karozza f’Ħaż-Żabbar.
Kelliem għall-Pulizija informa lil Newsbook.com.mt li dan ġara fis-1.30pm fi Triq il-Kunsill tal-Ewropa.
It-tifla jidher li ma weġġgħetx, imma ttieħdet l-Isptar Mater Dei xorta waħda biex tiġi invistata.