Tifla ta’ 4 snin issofri ġrieħi gravi wara li ntlaqtet minn karozza

Tifla ta’ 4 snin qed issofri minn ġrieħi gravi wara li ntlaqtet minn karozza misjuqa minn raġel ta’ 42 sena miż-Żurrieq.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-2.45 ta’ wara nofsinhar fi Triq San Pietru f’Ħal Kirkop.
Il-Pulizija kif ukoll tim mediku b’ambulanza waslu fuq il-post u ħadu lit-tifla l-isptar Mater Dei għall-kura.
Aktar tard ġiet iċċertifikata li qed ssofri minn ġrieħi gravi iżda mhux fil-periklu tal-mewt.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija fuq dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ritratt: Media Police