​Tifla ta’ 4 snin iċċempel lill-Pulizija għax kienet qed tibża’

Tifla ta’ erba’ snin bdiet tibża’ li kien hemm il-mostri fid-dar il-ġdida fejn marru joqogħdu, u għaldaqstant ċemplet lill-Pulizija.
Sidney Farhrenbruch mill-Istati Uniti bdiet tisma’ ħsejjes strambi madwar id-dar, u biex tkun ċerta li m’hemm xejn dwar xiex tinkwieta ċemplet lil uffiċjal tal-Pulizija li kienet iltaqgħet miegħu xi xahar qabel.
Hija talbet lill-pulizija biex imur jiċċekkja d-dar u biex ikun is-sieħeb tagħha fit-tfittxija.
Sidney taspira li meta tikber issir pulizija.
Mhux ta’ b’xejn li għażlet li ċċempel lill-pulizija u mhux lil Ghostbusters!