Tifla ta’ 3 snin tintlaqat minn karozza meta telqet tiġri fit-triq

Tifla ta’ 3 snin sofriet ġrieħi ħfief meta tard ilbieraħ filgħaxija ittajret minn karozza f’Ħaż-Żebbuġ.
L-inċident seħħ fi Triq Sciortino għall-ħabta tal-10.30pm waqt li t-tifla marret tigri fit-triq.

Intant matul il-lejl li għadda, żewġ karozzi nqalbu f’inċidenti oħra separati tat-traffiku.
L-ewwel karozza li nqalbet kienet fi Triq San Dwardu f’Ħal Qormi għall-ħabta tas-1.10am. Din ħabtet ma’ tliet karozzi oħra li kienu pparkjati. Is-sewwieq tal-karozza irrifjuta li jitla’ f’ambulanza. Membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili marru fuq il-post.
Każ ieħor ta’ karozza li nqalbet seħħ ftit qabel il-5am, quddiem l-Isptar Mater Dei. Il-karozza kienet misjuqa minn raġel ta’ 36 sena residenti San Ġwann, li ħareġ mill-isptar ftit tal-ħin wara li ngħata l-kura. Huwa sofra biss ġrieħi ħfief.