Tifla ta’ 3 snin taqa’ sular f’Birkirkara; tweġġa’ gravi

Malta Police Force

Read in English.

Tifla ta’ tliet snin weġġgħet gravi wara li waqgħet sular f’Birkirkara.

Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li l-każ seħħ ilbieraħ fis-6.45pm fi Triq Emmanuel Schembri. Il-Pulizija tad-Distrett sabu li għal xi raġuni t-tifla waqgħet madwar sular.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lit-tifla l-Isptar Mater Dei.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.