Tifla ta’ 3 snin f’waħda miż-żewġ karozzi li ħabtu fis-Siġġiewi

Tifla ta' tliet snin mill-Qrendi kienet involuta f'inċident tat-traffiku fis-Siġġiewi. 
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.45pm fi Triq l-Imqabba. 
Ma' Newsbook.com.mt, kelliem għall-Pulizija qal li l-ħabta seħħet bejn żewġ karozzi misjuqa minn mara ta' 30 sena mill-Qrendi u oħra ta' 54 sena mis-Siġġiewi.
It-tifla kienet passiġġiera mal-mara mill-Qrendi.
Ambulanza ssejħet fuq il-post iżda ġiet rifjutata. 
Ħadd ma weġġa' f'dan l-inċident.