Tifla ta’ 14 stuprata wara snin ta’ abbuż sesswali

Tifla ta’ madwar 14-il sena allegatament ġiet stuprata wara li kienet ilha ssofri minn abbuż sesswali għal snin sħaħ.
Fil-Qorti nstema' kif żagħżugħ ta’ 23 sena qed jiġi akkużat li kkorrompa lit-tifla.
Dan wara li allegatament hu stess kien ilu jabbuża minnha minn meta kellha madwar 10 snin.
Il-Maġistrat Joe Mifsud ordna li jkun hemm divjett fuq l-isem tat-tifla.
Fid-dawl tan-natura tal-każ, il-Maġistrat ma laqax it-talba li saret għall-ħelsien mill-arrest tal-akkużat. 
L-investigazzjonijiet se jkomplu għaddejjin sakemm eventwalment tinqata’ s-sentenza.
Ritratt: Arkivji