Tifla ta’ 14-il sena rappurtata nieqsa

Read in English.

Tifla ta’ 14-il sena bl-isem ta’ Luana Borg ġiet irrappurtata nieqsa lill-Pulizija.

Fi stqarrija ġie spjegat li hi dehret l-aħħar fit-8 ta’ Diċembru għall-ħabta tat-3pm viċin ċinema f’Buġibba.

Kull min għandu xi informazzjoni dwar it-tifla qed jintalaq jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali billi jċempel il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fuq 21224001 jew 119, jew inkella jagħmel rapport fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.