Tifla ta’ 13-il sena tisparixxi hi u sejra l-iskola

Missing girl

Serena Alexander-Benson, ta’ 13-il sena minn Wimbledon f’Londra sparrixxiet hi hu sejra l-iskola l-Ġimgħa filgħodu.
L-aħħar li dehret, kienet liebsa l-ġlekk tal-iskola, madanakollu qatt ma waslet fil-klassi.
Il-Pulizija Brittannika bħalissa tinsab f’ħidma ta’ tiftix għat-tifla li qed jingħad li ħarġet mir-Renju Unit fuq il-Eurotunnel.
Skont xhieda li tkellmu mal-pulizija qalu li t-tifla li kienet liebsa uniformi ħadra kienet akkumpanjata minn “persuna akbar minnha”.
Missier it-tifla raha l-aħħar hi u ħierġa għall-iskola fit-7:40am. Omm it-tifla tgħix il-Polonja.
Dawk kollha li jaraw lit-tifla qed jiġu mħeġġa jċemplu l-uffiċjali ta’ Wandsworth fuq 004402032762588.