Tifla ta’ 12-il sena tweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku bil-mutur

Aġġornat 03:45 PM
Malta Roads Traffic Updates

Tifla ta’ 12-il sena ttieħdet l-isptar Mater Dei wara li weġġgħet gravi f’inċident tat-traffiku bil-mutur li kienet passiġġiera fuqu. Il-mutur kien qed jinstaq minn raġel ta’ 44 sena mill-Għargħur.

Kelliema għall-Pulizija qalet li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-kwarta fi Triq Margaret A Murray fin-Naxxar.

Qalet li l-karozza kienet misjuqa minn raġel ta’ 45 sena minn San Pawl il-Baħar.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ħa lit-tifla l-isptar.