Tifla t’għaxar snin tittajjar wara li tispiċċa mill-iskola

Tifla t’għaxar snin qed tirċievi l-kura Mater Dei wara li ttajret minn karozza.

L-inċident seħħ fi Triq Brared Birkirkara, ftit wara li t-tifla spiċċat mill-iskola.

It-tifla qed issofri minn ġrieħi gravi iżda ma tinsabx fil-periklu tal-mewt.