Read in English.
Tifla ta’ sentejn tinsab fil-periklu tal-mewt wara li sabet ruħha f’diffikultà waqt li kienet qed tgħum f’pool fix-Xagħra.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-10am fi Triq Mannar, meta t-tifla nstabet mitlufa minn sensiha fil-pool.
Wara li ttellgħet, it-tifla ngħatat l-ewwel għajnuna u wara ttieħdet l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Il-vittma mistennija tiġi trasferita fl-Isptar Mater Dei.