Tifla maqtula b’tir ta’ pistola f’Sydney

Tifla ta’ sitt snin inqatlet b’tir ta’ pistola f’dar f’Sydney.

Hija nstabet mill-pulizija b’balla f’għonqa.

Fi stqarrija l-Pulizija qalu li rċevew telefonata biex imorru f’dar fejn sabu lit-tifla.
Sa issa għadu mhux magħruf x’kien l-iskop tal-attentat u min hu l-moħħ ta’ wara l-qtil.