Tifla gravi wara li ntlaqtet minn karozza f’Għawdex

Arkivji

Read in English.

Tifla ta’ sitt snin weġġgħet gravi meta ttajret minn karozza fi Pjazza l-Indipendenza fir-Rabat, Għawdex.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li tifla Maltija ta’ sitt snin sfat milquta minn vettura misjuqa minn mara ta’ 43 sena, residenti r-Rabat, Għawdex

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lit-tifla l-Isptar Ġenerali t’Għawdex sabiex tingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard hija ġiet iċċertifkata li qed issofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.