Tifla gravi wara li waqgħet minn fuq bandla

Tifla ta’ tliet snin weġġgħet gravi wara li waqgħet minn fuq bandla fil-Belt Valletta.
L-inċident seħħ fi Pjazza San Ġorġ  għall-ħabta tat-8pm fejn it-tifla ta’ nazzjonalità Awstraljana waqgħet minn fuq il-bandla.
It-tifla ttieħdet fl-eqreb Ċentru tas-Saħħa mill-ġenituri tagħha iżda iktar tard kellha tittieħed l-Isptar Mater Dei għall-aktar kura fejn ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi. 
Ritratt: Arkivji