Tifla f’qagħda kritika wara inċident f’Għawdex

Tifla ta’ sitt snin tinsab f’qagħda kritika wara li sabet ruħha f’diffikultà f’pool f’residenza privata f’Għajnsielem.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5.30pm fi Triq Malta.
It-tifla, li hi Irlandiża, ngħatat l-ewwel għajnuna minn xi qraba, sakemm waslet l-ambulanza u ħaditha l-Isptar Ġenerali ta’Għawdex.
Aktar tard hi ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi serji.
Dwar il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali.