Tifla f’ħalq il-mewt wara li ppruvat żarbun bla kalzetti

Tifla t’erba’ snin laqqtet infezzjoni serja li setgħet wasslet għall-mewt tagħha meta ppruvat żarbun bla kalzetti. Omm it-tifla qalet ma’ midja internazzjonali li hija kien ilha tipprova żraben differenti mingħajr kalzetti f’ġurnata xiri.

Sienna Rasul, mardet wara li qattgħet il-ġurnata tixtri ż-żraben m’ommha ġewwa Cardiff, f’Wales. L-omm qalet li fil-ġurnata ta’ wara din il-mawra xiri, Sienna qamet tibki bl-uġigħ u hija ttieħdet l-isptar immedjatament. It-tobba nnutaw li sieq it-tifla kienet infettata.

Sal-ġurnata ta’ wara, l-infezzjoni nfirxet sa riġel Sienna u lit-tifla telgħalha d-deni. L-omm spjegat kif it-tobba qalulha li lit-tifla qabditha marda li, sabiex il-ġisem jikkumbattiha, jitfa’ ammont sostanzjali ta’ kimiċi fid-demm, li jikkawżaw infjammazzjoni fil-ġisem. It-tifla nżammet l-isptar għal ħamest ijiem bi drip ta’ antibijotiċi.

Skont l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa, WHO, aktar minn sitt milljun persuna fis-sena jmutu minħabba din l-infezzjoni. Għalhekk ħudu par kalzetti magħkom meta tmorru tixtru żarbun!

https://www.facebook.com/jodie.thomas.7370/posts/475277032954302