Tifla bil-fenek ġo qoffa titlob quddiem l-artal f’Ħaż-Żabbar

HAz-Zabbar
Ritratt meħud minn Mary Grace Micallef

Fil-knisja ta’ Ħaż-Żabbar ilbieraħ raw xena mhux tas-soltu hekk kif tifla daħlet il-knisja b’qoffa li fiha kellha fenek. Kien qabel ma bdiet il-quddiesa tad-9am li t-tifla bdiet iddur fil-knisja u turi lin-nies il-fenek fil-qoffa. Wara daħlet ukoll fis-sagristija biex turih lil qassis.

“Imbagħad ħarget u qagħdet għarkuptejha titlob quddiem l-artal,” ikkummentat magħna Mary Grace Micellaf, li kienet preżenti u wkoll ġibdet dan ir-ritratt.

X’xena helwa fil-knisja dalghodu! Tifla bil-fenek go qoffa titlob quddiem l-artal ❤️

Posted by Mary Grace on Monday, November 2, 2020

Ir-ritratt mtella’ fuq il-midja soċjali ġibed is-simaptija ta’ ħafna nies li ma naqsux milli jikkumentaw.