Illum il-ġurnata, ftit huma dawk li għadhom jagħmlu x-xirja kuljum. Minħabba f’hekk, ħafna jiddeċiedu li jiffriżaw il-ħalib.
Skont il-Kunsill tal-Prodotti tal-Ħalib fl-Irlanda ta’ Fuq, wieħed jista’ jiffriża l-ħalib, imma dan b’ċerta prekawzjonijiet. Naturalment huwa importantli li l-ħalib li tiffriża ma jkunx diġa skadut.
Fuq pjattaforma internazzjonali tal-ommijiet hemm lista ta’ linjigwida dwar l-iffriżar tal-ħalib. Fost dawn insibu li:
- Għandek tpoġġi l-kontenitur wieqaf fil-freezer sabiex tevita li joħrog xi kontenut mill-flixkun jew mill-kartuna.
- Sabiex tneħħilu s-silġ fi ftit tal-ħin, itfa il-kartuna jew il-flixkun f’naqra ilma kiesah.
- Wara li toħorġu mill-friża, huwa importanti li tixrob il-ħalib f’qasir żmien. Li tiffriża l-ħalib ma ttawwallux ħajtu.
Apparti minn dan, skont il-Kunsill tal-Prodotti tal-Ħalib fl-Irlanda ta’ Fuq, ma tistax tiffriża l-ħalib f’kontenitur li kwalunke. Peress li l-ħalib jespandi meta jiffriża, huwa importanti li meta tiffriżah, tieħu ħsib li ma tagħmlux fi flixkun tal-ħġieġ. Dan għaliex il-flixkun jaf jixxaqqaq jekk tagħmel dan.
Li ma tagħmlux f’kontenitur tal-ħġieġ mhux biżżejjed. L-istess kunsill javża lil dawk li jiffriżaw il-ħalib biex jieħdu ħsieb iħallulu spazju fejn il-kontenitur ikun jista’ jespandi.
Il-ħalib sħiħ ma jiffriżax sew daqs kemm jiffriża il-ħalib xkumat, miħabba li fih livell għoli ta’ xaħam.