Tifel weġġa’ gravi wara li waqa’ f’gandott

Read in English.

Tifel ta’ 13-il sena weġġa’ gravi wara li waqa’ f’gandott meta kien qed jsuq ir-rota f’Għajnsielem.

L-inċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tas- sebgħa ta’ filgħaxija, fejn il-Pulizija ġiet infurmata li fi Triq Sant’ Antnin, f’Għajnsielem kien hemm bżonn l-assistenza tagħha.

It-tifel ittieħed minnufih l-Isptar Ġenerali t’Għawdex sabiex jingħata l-kura meħtieġa.

Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.