Tifel u mara l-isptar wara ħabta bejn trakk u karozza

Mara ta’ 34 sena mill-Gżira u tifel ta’ 12-il sena ddaħħlu l-isptar għall-kura wara li l-karozza misjuqa mill-mara ħabtet fit-trakk misjuq minn raġel ta’ 43 mill-Mellieħa.

L-inċident sar għall-ħabta tal-11.10 fi Triq Bellavista f’San Ġwann.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li mara ġarbet ġrieħi ħfief filwaqt li l-kundizzjoni tat-tifel għadha trid tiġi kkonfermata.