Ritratti: Tifel ta’ sentejn jeħlisha ħafif wara li nqalbet karozza

Tifel ta’ sentejn ħelisha ħafif wara li kien f’karozza li nqalbet f’Wied il-Għajn.
L-inċident seħħ għal ħabta tal-3.45 ta’ wara nofsinhar fi Triq Sant’Antnin, quddiem il-park tal-familja.
Il-karozza kienet misjuqa minn mara u t-tifel kien fis-siġġu tat-trabi fil-karozza. It-tfel ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-osservazzjoni. 
Membri tal-Protezzjoni Ċivili u l-pulizija marru fuq il-post. 

Ritratti fuq: info@newsbook.com.mt