Tifel ta’ sentejn flimkien ma’ familtu salvati mill-AFM

Kmieni ilbieraħ waranofsinhar, il-Forzi Armati ta’ Malta (AFM), salvaw tifel ta’ sentejn mill-baħar, flimkien ma’ missieru ta’ 23 sena u ħuh ta’ 4 snin.
L-AFM qalu fi stqarrija li ġew infurmati li kien hemm bżonn l-assistenza medika fil-baħar miċ-Ċentru ta’ Kordinazzjoni għas-Salvataġġ Marittimu ta’ Ruma.
L-AFM ikkordinaw il-MEDEVAC, fi kliem ieħor l-evakwazzjoni medika, u l-migranti twasslu Malta b’ħelikopter. Huma qed jingħataw il-kura meħtieġa l-Isptar Mater Dei.