Tifel ta’ sentejn għadu fil-periklu tal-mewt wara ħabta fiż-Żejtun

Tifel ta’ sentejn għadu fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fiż-Żejtun.
Kien għall-ħabta tat-tlieta ta’ wara nofsinhar, meta seħħet ħabta bejn żewġ karozzi li kienu ġejjin mid-direzzjoni opposta f'Tal-Barrani.
Waħda mill-vetturi kienet qed tinstaq lejn il-Marsa minn raġel ta’ 30 sena, filwaqt li l-karozza l-oħra kienet sejra lejn Birżebbuġa u kienet misjuqa minn Taljan ta’ 39 sena. Iż-żewġ sewwieqa huma minn Marsaskala.
Fil-karozza mat-Taljan kien hemm Taljana ta’ 31 sena u binha ta’ sentejn.
Fuq il-post issejħu żewġ ambulanzi li ħadu lil dawn il-persuni l-isptar Mater Dei għall-kura.
Iktar tard, it-tifel ta’ sentejn ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt
Ir-raġel Taljan ġie ċċertifikat li qed isofri ġrieħi serji, filwaqt li l-kundizzjoni tal-omm għadha mhix magħrufa.
Is-sewwieq Malti ġarrab ġrieħi ħfief.

Ritratt: MDT